Aldabra Atelier & Gallery
  • HOME
  • VENUE
  • news
  • Events
    • AMA AWARDS 2020 >
      • Nominees 2020
      • Finalists 2020
    • Past EVENTS >
      • Goodbye Propaganda
      • My First Portfolio
      • GAIA
      • Apposite Arrays
      • The Ten Beyond
  • REGISTRY
  • CONTACT
Wheels of justice grind slow but grind fine
- Sun Tzu

Retrospettiva ta' Paul Haber

11/3/2018

0 Comments

 
Fit-3 ta' Novembru 2018, infetħet il-wirja ta' Paul Haber fil-Gallerija Aldabra, fi SmartCity. F' din ir-Retrospettiva li b'unur qiegħda tippreżenta 37 skultura u installazzjoni, Haber isir l-awtur li jerħi l-ispirtu tiegħu fi tfittixa ta' disinji ġodda, id f' id mal-istint artistiku tiegħu. Skultura għaqlija, b' ambizzjoni fit-teknika u b' kuluri saturata li fi kliem l-artist, huma ''l-kuluri ta' Malta.''

Il-forom jirriflettu xbihat fin-natura, xi mdaqqiet karnali. Oħrajn juru r-rabta tal-artist mal-wirt kulturali ta' pajjiżu. Ir-Retrospettiva ta' Haber hija mixja f'żewġ vjaġġi paralleli; l-ewwel mixja hija matul l-esperjenzi tal-artist li jesebixxi b'tant dedikazzjoni u umilta` minn art twelidu, saħansita fiċ-ċentru ta' Pariġi f' Ġunju 2018. 

It-tieni mixja hi dik bejn dak li jesperjenzaw is-sensi viżwali fl-estetika u bejn is-sotto-konxju f'għarfien surrealista. L-artist qiegħed ipoġġi f'armonija disinji u kuluri avventurużi, fejn waqt li l-għajn tal-udjenza tiġri ma' dawn id-disinji, l-udjenza ssib ruħha f'mistoqsija quddiem dawn il-kompożizzjonijiet ġodda. 

Tispikka l-liberta` tal-artist f'dawn ix-xogħlijiet li mhumiex ristretti anzi qalbiena.  Il-kunfindenza u l-esperjenza tal-artist fil-ħidma taċ-ċeramika, tippermettilu jintilef fil-produzzjoni artistika waqt li jħaddan id-dixxiplina fit-teknika, u joħloq b'għożża kompożizzjonijiet b'karatteristiċi individwali.  
​
Paul Haber ggradwa fiċ-ċeramika mill-Kulleġġ tal-Art Ċentrali ta' St. Martin f'Londra wara studji intensivi fl-arti u l-iskultura f'Malta, l-Italja u r-Renju Unit.
Picture
Ħajr speċjali lil ​The AV Warehouse
0 Comments



Leave a Reply.

    Author

    Gabriella Mallia, Art Manager at Aldabra Gallery

    Archives

    July 2020
    June 2019
    May 2019
    April 2019
    February 2019
    December 2018
    November 2018
    October 2018
    September 2018
    July 2018
    May 2018
    April 2018

    Support our Art Projects
    For as little as €1, you can support our Art Projects.
    ​Thank You! 

    Categories

    All

    RSS Feed

Powered by Create your own unique website with customizable templates.
  • HOME
  • VENUE
  • news
  • Events
    • AMA AWARDS 2020 >
      • Nominees 2020
      • Finalists 2020
    • Past EVENTS >
      • Goodbye Propaganda
      • My First Portfolio
      • GAIA
      • Apposite Arrays
      • The Ten Beyond
  • REGISTRY
  • CONTACT